Il-ġurnata speċjali tal-maħbub Ron Briffa waslet ukoll! Fil-fatt il-preżentatur Ron qed jiċċelebra għeluq sninu u għaldaqstant ħafna kienu li awgurawlu xewqat sbieħ.
Ron ilna narawh fix-xena lokali. Nistgħu ngħidu li rajnieh kemm bħala attur kif ukoll bħala preżentatur. Fl-2011 Ron kien wieħed mill-kast ta’ KC t-tieni staġun. Apparti minn hekk Ron preżenta l-Malta Eurovision kemm-il darba, fosthom fl-2012, 2013 u fl-2022.
Żgur li dan l-aħħar snin spikka bil-kbir f’diversi programmi li preżenta, fosthom, Serataron, Mustaċċuni, Ron de Vu, u XOW. Bħalissa lil Ron narawh waqt Fixfixow.
Għal darb’oħra ser ikun anke qed jissieħeb mat-tim tal-MESC ta’ din is-sena. Ron qed jippreżenta anke l-programm tal-Malta Eurovision bl-isem Il-Greenroom.
It-tim ta’ Fixfixow fuq il-paġna uffiċjali awgura lil Ron. “Illum il-birthday ta’ Ronald Briffa. Awguri!,” kitbulu lill-preżentatur ta’ Fixfixow.
Hekk hu fil-fatt! Ron dejjem jirnexxielu jpoġġilek tbissima fuq wiċċek il-karattru uniku tiegħu u bl-umoriżmu li dejjem jispikka fih.
Awguri mill-qalb għażiż!
Facebook/ Niskata