Illum il-kantant maħbub minn bosta Renato u martu Alison qed jiċċelebraw 50 sena mill-jum taż-żwieġ tagħhom. Ftit ġranet oħra, proprju fid-19 ta' Novembru, il-kantant se jkun qed jiċċelebra wkoll għeluq sninu; fil-fatt, hu se jagħlaq l-età sabiħa ta' 75 sena.
Matul is-snin, il-vuċi ta' Renato saret magħrufa ferm fix-xena lokali. Ħafna baqgħu jiftakruh bħala wieħed mill-ewwel kantanti li kellu l-opportunità jirrappreżenta lil pajjiżna fuq il-palk internazzjonali tal-Eurovision Song Contest.
Dan hekk kif fl-1975 Renato kien irrappreżenta lil Malta bil-kanzunetta tiegħu 'Singing This Song' fejn kien irnexxielu jikklassifika fit-12-il post.
Bosta kienu dawk li awguraw lill-koppja fuq il-midja soċjali matul il-ġurnata.
Nawguraw lil Renato u lil Alison iżjed snin ta’ ferħ u mħabba!
Facebook / Alison White