“Illum Irrid Nawgura Happy Birthday Lil Liam Tagħna… In-Neputi Li Għamilni Nannu.” – Gino Lombardi

L-attur lokali Gino Lombardi, fuq il-mezzi soċjali tiegħu, jawgura lin-neputi f’għeluq sninu. Jum għeluq sninu huwa important ħafna għal Gino, minħabba li kien proprju dakinhar li sar nannu għall-ewwel darba.

Hu jikteb, “Illum irrid nawgura Happy Birthday lil Liam tagħna… in-neputi li għamilni nannu. Donnu l-bieraħ kont tarbija, u f’daqqa waħda għandek 7 snin! Tifel bravu, intelliġenti, b’qalb tajba u gustuż. Jalla tibqa’ tifel għaqli u ta’ eżempju tajjeb għal oħtok Valentina u kuġintek Kate. Inħobbuk minn qiegħ qalbna, sabiħ tagħna.”

F’isem it-tim ta’ Gwida, nawgurawlu l-isbaħ xewqat u nittamaw li jkollu jum mimli b’dak li tixtieq qalbu, flimkien ma’ sena mimlija saħħa, ferħ u avventuri ġodda. Awguri mill-qalb Liam!







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI