“Illum Jerġa’ Jirritorna Wara Waqfa Ta’ Xahar Il-Programm Makkjetti U Kanzunetti” – Lydon & Jomike

Jomike, Lydon u David

Fuq il-paġna uffiċjali tagħhom Lydon u Jomike kitbu dwar il-programm tar-radju li ser ikun qed jirritorna fuq ONE Radio.

Programm li tant qed isegwuh bi ħġarhom in-nies u li ċertament iservi ta’ kumpanija mill-isbaħ. Huma jippreżentawh flimkien mal-bravissimu David Muscat.

“Illum “jerġa jirritorna wara waqfa ta xahar il-programm Makkjetti u Kanzunetti fejn ser nibdew nerġaw bil-kompetizzjonijiet.”

Huma jkompli jħabbru li ser ikunu anke qed irebbħu xi premju. “Se nistednukom tibagħtulna voice message jew tirrekordjaw filmat qasir li juri li qed tisimghuna fuq One Radio 92.7 mis-19:00 ‘l quddiem!”

Nawgurawlhom għal aktar xandiriet ta’ suċċess!







Ritratti:

Facebook/ Jomike u Lydon

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI