Wieħed mill-aktar atturi popolari u rrispettati f’Hollywood, George Clooney, illum qed jiċċelebra għeluq l-64 sena tiegħu.
Clooney twieled fis-6 ta’ Mejju tal-1961 ġewwa Kentucky, l-Istati Uniti u matul il-karriera tiegħu rnexxielu jibni isem b’saħħtu mhux biss bħala attur, iżda wkoll bħala direttur, produttur u attivist.Ħafna jafuh għal films popolari bħal Ocean’s Eleven, Ticket to Paradise, Gravity u The Descendants, fejn spiss spikka għall-istil kariżmatiku u l-preżenza tiegħu fuq l-iskrin.
Minbarra x-xogħol tiegħu f’dan is-settur, Clooney dejjem kien magħruf ukoll għall-ħidma umanitarja tiegħu u għall-appoġġ tiegħu lejn diversi kawżi internazzjonali.
Matul is-snin huwa rebaħ diversi unuri prestiġjużi fosthom Oscars u Golden Globes u sal-lum stess għadu jitqies bħala wieħed mill-aktar atturi influwenti fid-dinja tad-divertiment.