L-attur veteran Joe Gatt illum jagħlaq 85 sena. Joe jibqa’ magħruf l-iżjed għas-sehem tiegħu fis-serje tant popolari Simpatiċi fejn kien interpreta l-parti ta’ Charlie, wieħed mill-ġirien tal-familja Cassar. Hu kien anke kiteb uħud mill-episodji ta’ din is-sensiela.
Joe ħa sehem ukoll f’diversi produzzjonijiet oħrajn fosthom Intriċċi, Għeruq, Dun Benit, Il-Madonna taċ-Ċoqqa, Ċellinu kif ukoll Min Hu Bla Ħtija.
L-attur twieled fit-13 ta’ Ġunju tal-1940. Bosta awgurawlu l-isbaħ xewqat illum.
Awguri, Joe!
Ritratti: Facebook / SIMPATIĊI u Abigail Gatt