“Illum Ma Kinitx Biss Dwar Il-Futbol – Kienet Dwar L-Unità” – Kate: Writing My Story

Fuq il-paġna uffiċjali tagħha, Kate iddedikat messaġġ ta’ ringrazzjament lil Haley Bugeja filwaqt li kitbet ukoll dwar x’kienet tfisser din l-attività għaliha.

Fuq il-paġna kitbu, “Esperjenza li ma nista’ ninsa qatt. Li kont fuq il-pitch, illum ma kinitx biss dwar il-futbol – kienet dwar l-unità, l-inklużjoni, u l-poter tal-isport li jgħaqqadna lkoll flimkien. Jien onorata li qsamt dan il-mument ma’ nies daqshekk inkredibbli. Grazzi Haley Bugeja ta’ din l-opportunità.”

Ippubblikaw ukoll xi ftit ritratti gustużi li juru kemm kien hemm atmosfera sabiħa fuq il-pitch. Kate irnexxielha tieħu anke ritratt ma’ Miriana Conte! Prosit immens lil kull min kien involut f’dan l-avveniment!





Facebook / Kate: Writing My Story



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI