“Illum Naf Kemm Int Speċjali, Kemm Għaddejt Minn Affarijiet U Minn Mard U Dejjem Bqajt Titbissem Għalina!” – Danita Lil Ommha F’Għeluq Sninha

omm Danita f'għeluq sninha

Danita, minn One Chick and a Yorkie, kitbet messaġġ għal persuna li tant hi għażiża għaliha u tant tapprezza. Persuna li tħobb b'qalbha kollha.

"MA KEMM INT GĦAŻIŻA! Illum naf kemm int speċjali, kemm għaddejt min affarijiet u min mard u dejjem bqajt titbissem għalina! Dejjem bqajt tiġġieled, dejjem bqajt possitiva u qatt ma ħallejt xejn jafetwana. Illum naf kemm int speċjali għax ngħaddu min xiex ngħaddu ma tieħu xejn bi kbir."

Danita tkompli, "Tqawwilna qalbna biex nimxu l-quddiem u ma nerġawx niżbaljaw. Illum naf kemm int specjali li sirt omm jien u naf kemm hi diffiċli trabbi u int għamilta qisek mint tagħmel xejn. Lanqas kellek tlett kwarti tan-nervi li jkolli jien u dejjem ħdimt daqs kemm naħdem jien jew aktar."

Taf kemm kulħadd iħobbha għax tant tagħti qalbha għal kulħadd, u tant toħloq tbissima. Tikkunsidra lilha nnifisha bħala xxurtjajta li hi kellha t-trobbija prezzjuża tagħha.

Awguri mill-qalb lil omm Danita!

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI