“Illum Niċċelebraw Anniversarju Li Jfisser Ħafna” – Fondazzjoni RISe

Permezz ta’ messaġġ profond, il-Fondazzjoni RISe qed tiċċelebra l-anniversarju tad-Dar Sister Maria Adele Baldacchino.

Kitbu, “Illum niċċelebraw anniversarju li jfisser ħafna. Mill-ftuħ uffiċjali ta’ Dar Sister Maria Adele Baldacchino fis-sena 2016, operata permezz tar-RISe Foundation, din id-dar baqgħet post ta’ tama u trasformazzjoni għall-individwi li qed jinnavigaw xi ftit mill-iktar sfidi iebsin tal-ħajja. Matul is-snin, din id-dar rat it-tlajja u nżul imma fuq kollox, iktar minn mitt resident għadda miinn dawn il-bibieb, u kollha rċevew opportunità ġenwina biex jesperjenzaw l-essenza tar-rijabilitazzjoni u integrazzjoni.”

Żiedu jgħidu, “Dan kien ir-riżultat ta’ ħafna nies ta’ qlub tajbin li jemmnu fil-ġustizzja restorattiva – prinċipju li jkompli jkun ta’ gwida għall-missjoni tagħna kuljum. Aħna kburin li wasalna s’hawn, u lesti li nkomplu nmexxu ‘l quddiem dan il-legat ta’ servizz u tama.”

Huma komplew billi rringrazzjaw lil kull min kien parti minn dan il-vjaġġ, talli żammew din id-dar ħajja permezz tal-preżenza tagħhom u permezz ta’ qalbhom.





Facebook / RISe Foundation Malta



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI