Leli – Kelb Tal-Kaċċa Li Għandu Biss Sena Li Ġie Abbandunat

Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tagħhom, Animal Welfare laqqgħu lis-segwaċi tagħhom ma’ Leli, kelb tal-kaċċa li għandu biss sena.

Huma qalu fost l-oħrajn, “Leli nxtara meta kien għadu ġeru ċkejken mingħand breeder. Hu ma talabx li jitwieled. Ma talabx li jinxtara. Hu sempliċement ħabb lill-familja li ħaditu magħha b’dik il-lealtà kollha li kelb jaf jagħti. Imma jidher li Leli ma kienx “addattat għax-xogħol” li rieduh għalih. U x’kienet is-soluzzjoni? Abbandunawh. Waddbuh bħal oġġett li m’għadux iservi għal xejn.”

Qalu wkoll li s-sidien li kellu qed jippjanaw biex jixtru żewġ klieb oħra. Żiedu, “għal xi nies, l-annimali jitqiesu bħal xi ħaġa li tista tinbidel. Ninsabu fl-2026 u ħafna għadhom ma jistgħux jifhmu li l-klieb iħossu l-qsim tal-qalb. Ma jifhmux għalfejn il-familja li ħabbew tisparixxi minn ħajjithom.”

Ixxerjaw dan l-artiklu għal Leli!







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI