Evakwazzjoni Medika Fuq Il-Baħar Mill-Forzi Armati Ta’ Malta

Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tagħhom Armed Forces of Malta qasmu komunikat uffiċjali dwar evakwazzjoni medika oħra fuq il-baħar mill-Forzi Armati ta’ Malta.

Huma qalu, “Ilbieraħ filgħaxija, ċ-Ċentru ta’ Koordinazzjoni tas-Salvataġġ (RCC Malta) ġie mitlub jassisti f’evakwazzjoni ta’ passiġġier anzjan abbord vapur tal-passiġġieri. Il-passiġġier kien irrappurtat li kellu bżonn kura medika urġenti wara li sofra kumplikazzjonijiet serji ta’ saħħa.”

Żiedu jgħidu, “Bastiment tas-salvataġġ tal-Forzi Armati ta’ Malta ntbagħat fuq il-post u ttrasferixxa b’suċċess lill-individwu lejn l-art. Il-pazjent ingħata f’idejn l-istaff mediku tal-Isptar Mater Dei sabiex jingħata aktar kura.”







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI