Peter Paul ta’ Tribali kiteb fuq il-mezzi soċjali dwar l-esperjenza tiegħu ta’ xogħol volontarjat, u rringrazzja lil Dun Gorg Grima bħala ispirazzjoni tiegħu.
Hu kiteb, “Illum nikkonkludu l-ħin tagħna nagħmlu xogħol volontarjat fl-Uganda u l-Etjopja. Qalbi mimlija kburija, memorji, u mħabba profonda. Matul din il-missjoni, ġarrejt miegħi l-ispirtu ta’ Dun Gorg Grima – il-qassis missjunarju li ispirani, u tant oħrajn, biex inħobb u nservi lil min hu inqas ixxurtjat, b’kompassjoni u dinjita`.”
Kompla jispjega, “Esperjenzajt l-Etijopja ma’ Dun Gorg fl-elfejn u sebgħa, u dan biddilli ħajti. L-esperjenza għadha tgħix fija. Kemm-il darba matul dan il-vjaġġ ħassejt il-preżenza tiegħu f’assjonijiet sempliċi fejn għent u ħabbejt lill-oħrajn.”
Facebook / Peter Paul III