Fl-okkażjoni tal-Jum Dinji tal-Volleyball, id-Dar tal-Providenza ngħaqdet ma' miljuni ta' persuni madwar id-dinja biex tiċċelebra dan l-isport, filwaqt li enfasizzat li l-volleyball huwa ferm aktar minn sempliċi logħba.
F'messaġġ ippubblikat fuq il-midja soċjali, id-Dar qalet li l-volleyball jinkorpora valuri importanti bħall-fiduċja, ir-reżiljenza, il-komunikazzjoni u s-sapport lejn xulxin – valuri li jmorru lil hinn mill-qasam tal-logħob u li jistgħu jiġu applikati fil-ħajja ta' kuljum.
Id-Dar tal-Providenza żiedet tgħid li dawn l-istess valuri jinsabu fil-qalba tal-BOV Volleyball Marathon, li kull sena ssir b'risq id-Dar, u li permezz tagħha jinġabru fondi biex ikompli jingħata s-servizz u l-kura lir-residenti tagħha.
Id-Dar temmet il-messaġġ tagħha billi fakkret fl-importanza tas-solidarjetà u tal-ħidma flimkien, kemm fl-isport kif ukoll fil-ħajja ta' kuljum.
Facebook/ Dar Tal-Providenza