Illum Rose Tagħlaq 74 Sena – Ħadmet 50 Sena Ta’ Infermiera U 20 Sena Teżoriera Ta’ Puttinu Cares

Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tagħhom, Puttinu cares qasmu mas-segwaċi messaġġ mill-isbaħ f’għeluq snin Rose, mara li tat ħafna lil Puttinu u lil komunità

Qalu, “Illum Rose tagħlaq 74 sena. 74 sena ta’ mħabba, ġenerożità u servizz lejn tant nies. GRAZZI, Rose, għal 50 sena ta’ infermiera, 50 sena tieħu ħsieb lill-pazjenti, tfarraġ lit-tfal u lill-familji tagħhom, tagħtihom kuraġġ u serħan il-moħħ, u tiddedika parti kbira minn ħajtek biex tgħin lil min ikun għaddej minn żmien diffiċli.”

Żiedu, “GRAZZI wkoll għal 20 sena mill-isbaħ bħala Teżoriera ta’ Puttinu Cares. Għal dawn is-snin kollha tajt il-ħin, l-għarfien, l-enerġija u fuq kollox qalbek b’tant ġenerożità. Dejjem ħdimt fis-skiet minn wara l-kwinti, mingħajr ma qatt fittixt rikonoxximent jew xi ħaġa lura. Id-dedikazzjoni u l-impenn tiegħek għal Puttinu huma imprezzabbli.”

Qalu wkoll, “GRAZZI tad-daħk, tal-lealtà, tat-tjubija u tal-memorji sbieħ kollha li qsamna flimkien. Iżda fuq kollox, grazzi talli int Rose persuna b’qalb kbira li tat u għadha tagħti tant lil Puttinu u lil tant familji. Rose hija waħda minn dawk il-persuni tassew speċjali li dejjem ipoġġu lill-oħrajn qabilhom. Leali, ġeneruża, sensittiva, qalbha tajba u dejjem lesta biex tgħin. Tagħti minn qalbha mingħajr qatt ma tistenna xejn lura, u bil-preżenza tagħha tagħmel il-ħajja ta’ dawk ta’ madwarha isbaħ.”

Temmew billi qalu, “F’dan il-jum speċjali, aħna f’Puttinu Cares nixtiequ mhux biss niċċelebraw għeluq sninha, iżda wkoll nirringrazzjawha tas-servizz u dedikazzjoni lejn l-oħrajn.  Awguri mill-qalb f’għeluq il-74 sena tiegħek, Rose! Aħna lkoll inħobbuk u napprezzawk ferm aktar milli qatt jistgħu jfissru l-kliem. Happy Birthday lil mara tassew sabiha u straordinarja!”

Awguri minn qalbna!

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI