“Il-Ħajja Għallmitni Li L-Gratitudni Ma Tiswa Xejn, Iżda Hi Waħda Mill-Akbar Rigali Li Nistgħu Nagħtu… Inħobbkom Ilkoll” – William Mangion Mascoli

William

Il-kantant lokali William Mangion Mascoli esprima l-gratitudni profonda tiegħu lejn dawk kollha li fakkruh f’għeluq sninu u bagħtulu xewqat sbieħ.

Hu jirringrazzja lil kull min bagħatlu xewqat ta’ għeluq is-sena, kliem ta’ apprezzament u messaġġi mimlijin affezzjoni, u qal li l-imħabba u l-appoġġ li jirċievi jfissru għalih aktar milli jistgħu jesprimu l-kliem.

Irrikonoxxa wkoll li x-xewqat baqgħu jaslu anki l-għada ta’ għeluq sninu, u spjega li qed jagħmel l-almu tiegħu biex iwieġeb lil kulħadd individwalment.

Minkejja dan, saħaq li kull messaġġ huwa apprezzat u milqugħ b’sinċerità, anki jekk għadu ma rnexxilux iwieġeb lil kulħadd.

"Il-ħajja għallmitni li l-gratitudni ma tiswa xejn, iżda hi waħda mill-akbar rigali li nistgħu nagħtu. Qatt tieħu ovvja l-imħabba ġenwina, il-qalb tajba jew ir-rispett. Inħobbkom ilkoll, u għandi rispett kbir lejn kull min jagħti r-rispett."

Awguri mill-ġdid William!

Ritratti:

Facebook/ William Mangion

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI