“Illum Saret Gwardja Tal-Unur Fi Pjazza Kastilja Il-Belt Valletta, F’Ġieħ Il-President Tal-Kunsill Ewropew” – Forzi Armati Ta’ Malta

Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tagħhom, il-Forzi Armati ta’ Malta qasmu mas-segwaċi tagħhom ftit mill-ħidma tagħhom.

Huma qalu, “Illum, saret Gwardja tal-Unur fi Pjazza Kastilja, il-Belt Valletta, f’ġieħ il-President tal-Kunsill Ewropew, l-Eċċellenza Tiegħu António Costa. Il-Gwardja tal-Unur tat is-salut lill-Brigadier Clinton C. O’Neill, lill-Prim Ministru ta’ Malta, Dr Robert Abela, u lis-Sur António Costa, President tal-Kunsill Ewropew.”

Żiedu, “Wara dan, Antonio Costa għamel spezzjoni lill-Gwardja tal-Unur, f’okkażjoni ċerimonjali importanti li wriet id-dedikazzjoni, il-preċiżjoni u l-istandards għoljin li jħaddnu l-Forzi Armati ta’ Malta.”

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI