Illum huwa jum speċjali immens għall-kantanta Għawdxija Michela Pace u għall-maħbub tagħha Daniel hekk kif ser jingħaqdu flimkien fiż-żwieġ. Ftit jiem ilu, Michela Pace kitbet messaġġ fuq il-midja soċjali fejn qalet, “minn tfal ta’ 13 u 14-il sena, għal ftit jiem ‘il bogħod milli ngħidu ‘iva.’ 11-il sena mill-isbaħ mimlijin bl-imħabba, daħk u l-kumplament. Kont dejjem hemm għalija, u grata immensament għalik.”
Persważ li Michela Pace hija kantanta li m’għandha bżonn tal-ebda introduzzjoni. Serqet il-qlub tal-Maltin fl-ewwel edizzjoni ta’ X Factor Malta meta rebħet. Irrappreżentat ukoll lil Malta waqt il-Eurovision tal-2019 permezz tal-kanzunetta Chameleon fejn kienet għaddiet ukoll għall-finali.
Awguri minn qalbna Michela u Daniel, u nittamaw li jkollkom jum eżatt kif tixtiequ intom!
Facebook/Michela Pace