“Illum Stess Ħadna Azzjoni Biex Wieħed Jirregola Ruħu” – Alfred Zammit

Wara li bdew jiġu mxerda xi ritratti ta’ mwejjed tar-ristoranti fil-Belt Valletta, li tpoġġew fuq barra fejn jgħaddu n-nies, issa s-sindku tal-Belt, Alfred Zammit, ta l-kummenti tiegħu.

Fuq il-profil tiegħu kiteb li dan kien każ li ma kienx hemm il-permessi meħtieġa biex l-imwejjed jitpoġġew fejn tpoġġew u għalhekk ittiħdet azzjoni biex din il-ħaġa tiġi rregolata.





Hu kompla billi qal li ser jibqgħu jgħinu lil kull min irid jinvesti fil-Belt Valletta imma ser jaraw ukoll li jiġu mħarsa l-liġi, kif ukoll ir-regolamenti.

Facebook / Alfred Zammit



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI