Ike Mizzi kiteb messaġġ mill-isbaħ għall-għażiż ħuh Kly, li llum jiċċelebra għeluq sninu. Jesprimi kemm hu kburi bih, u jqisu bħala l-għeżeż rigal għalih.
"Għażiż ħija ż-żgħir Kly, llum tagħlaq 9 snin… u qalbi inhossa mimlija mħabba u emozzjoni. Ma nistax nesprimi biżżejjed kemm tfisser ghalija . Inti mhux biss ħija inti parti minni. Dawk id-daħkiet tiegħek, il-ferh tieghek u l-inoccenza tieghek… dak hu l-akbar rigal għalija. Inti d-dawl ta’ ħajti, u kemm jien kburi li jien ħuk."
Ike iwiegħed lil ħuh Kly li se jkun dejjem hemm għalih f'kull pass li jagħmel. Jawguralu kulma tixtieq qalbu u ħafna suċċessi.