Illum bosta qed jawguraw l-isbaħ xewqat fuq il-midja soċjali lill-attriċi bravissima Maryann Muscat.
Maryann hija wiċċ sinonimu fost l-udjenza Maltija hekk kif filha fix-xena lokali għal bosta snin. Fost il-produzzjonijiet li ħadet sehem fihom hemm Villa Sunset, One Star Hotel kif ukoll Għada Jisbaħ Ukoll.
L-ewwel sensiela televiżiva li qatt ħadet sehem fiha l-attriċi kienet proprju L-Alla Tas-Sular T’Isfel.
Nawgurawlha l-isbaħ xewqat f’għeluq sninha!
Facebook / Raymond Portelli u Villa Sunset