Illum tagħlaq sninha l-attriċi veterana Norma Cristina. Minkejja li matul il-karriera tagħha Norma ħadet sehem f’numru kbir ta’ produzzjonijiet, madankollu tibqa’ magħrufa l-iżjed għas-sehem tagħha fis-sensiela komika L-Avukat Gawdenz Bilocca.
Fost il-ħafna xogħlijiet televiżivi li ħadet sehem fihom hemm ukoll Vittmi kif ukoll Qegħdin Sew.
F’intervista ma’ TVM, Norma kienet stqarret li kienet ommha l-persuna li nisslet fiha l-imħabba u l-passjoni li għandha llum il-ġurnata lejn ir-reċtar. Dan hekk kif ommha kienet proprju l-mibkija Vitorin Galea li matul ħajjitha kienet magħrufa sew għall-ħiliet impekkabbli tagħha fuq il-palk.
Matul din l-intervista Norma kienet semmiet li l-ewwel darba meta telgħet fuq il-palk kellha biss 3 snin u f’dik l-okkażjoni kienet għamlet il-parti ta’ anġlu.
Nawguraw l-isbaħ xewqat lil Norma f’għeluq sninha!
Facebook / Lura Fiż-Żmien u Vittmi 2