Illum huwa jum għeluq snin kantanta lokali li rajnieha kemm-il darba tipparteċipa waqt festivals lokali, fosthom il-Malta Eurovision. Eleanor għamlet snin parti mill-grupp lokali Trilogy, fejn flimkien ħadu sehem fil-Malta Eurovision fl-2006, 2007, 2009 u 2015.
Il-kanzunetti li kkompetew bihom matul is-snin kienu This Heart of Mine (2006), Starlight (2007), The Song In Your Heart (2009) u Chasing A Dream (2015). Eleanor kienet ipparteċipat anke bħala solista fil-Malta Song tal-2010 bil-kanzunetta Velvet Ocean.
Fl-2021 Gwida.mt kienet tkellmet ma’ Eleanor rigward l-arti u l-immudellar f’ħajjitha, u l-passjoni li għandha għat-tnejn li huma. Apparti l-karriera mużikali tagħha, Eleanor ħadmet fuq din passjoni li għandha għall-immudellar, u li biha qiegħda tispira lil ħaddieħor. Fuq il-paġna uffiċjali tagħha hi għandha diversi ritratti mill-isbaħ li ħadet matul is-snin.
Awguri mill-qalb Eleanor!