“Illum U Għada Ejjew Inkunu Lkoll Ġenerużi U Noffru Donazzjonijiet Ta’ Ikel U Prodotti Bażiċi B’Risq Soup Kitchen OFM Valletta Ta’ Father Marcellino” – The Malta Records

Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tagħhom, The Malta Records tkellmu dwar rekord nazzjonali ġdid li kulħadd jista’ jkun parti minnu u li permezz tiegħu se jsir il-ġid.

Huma qalu, “Illum u għada….ejjew inkunu lkoll ġenerużi u noffru donazzjonijiet ta’ ikel u prodotti bażiċi b’risq Soup Kitchen OFM Valletta ta’ Father Marcellino. Fl-istess ħin l-istazzjon Calypso se jkun qed iwaqqaf rekord nazzjonali ġdid tal-ikbar ġabra ta’ prodotti f’24 siegħa. It-tir huwa 4000 prodott, imma aħna konvinti li se ngħoddu ħafna aktar minn hekk. Hawn taħt għandkom il-lista ta’ prodotti li qed jiġu mitluba. Evviva l-ġenerożità tal-poplu Malti.”







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI