Ferħ kbir fil-familja tal-mużiċist lokali Christian Curmi u martu Angie, hekk kif ħabbru t-twelid tat-tieni tifla tagħhom, Olivia.
F'post fuq il-midja soċjali, Christian qasam l-aħbar sabiħa mal-pubbliku, fejn esprima l-gratitudni tiegħu għal din il-barka ġdida fil-familja. Huwa żvela li Olivia twieldet fl-20 ta' Lulju 2026 u sellem lil bintu b'messaġġ sempliċi iżda mill-qalb: "Merħba fid-dinja, ċkejkna tagħna."
Fil-messaġġ tiegħu, Christian irringrazzja wkoll lil martu Angie, filwaqt li faħħar il-kuraġġ u s-saħħa li wriet matul l-esperjenza tat-twelid.
Ma naqasx milli jesprimi l-apprezzament tiegħu lejn it-tim mediku tal-Isptar Mater Dei, b'mod partikolari lill-professjonisti u l-qwiebel li ħadu ħsieb il-familja tul dan il-vjaġġ.
Fl-istess waqt, irringrazzja lill-familjari u lill-ħbieb għall-imħabba, it-talb u s-sapport tagħhom. "Merħba fid-dinja, ċkejkna tagħna. – Il-Mamà, il-Papà, Taylor, Penny u Lane."
Awguri!