Tiċċelebra Għeluq Sninha L-Attriċi Bravissima Nathalie Micallef

Awguri Nathalie Micallef

Tikber sena oħra attriċi li rajnieha f'bosta produzzjonijiet li tant ħallew impatt fuq is-segwaċi Maltin u Għawdxin, fosthom It-Tfal Jiġu Bil-Vapuri, Anġli, Dejjem Tiegħek Becky, Iċ-Ċaqqufa, KC u ħafna aktar. Fil-fatt illum taħlaq sninha Nathalie Micallef!

Dan l-aħħar rajnieha f'żewġ produzzjonijiet li għamlu suċċess kbir fix-xena tat-televiżjoni lokali li huma TA' GERIT u CASA Ċelestina.

Ritratt: Facebook/ CASA Ċelestina

Kif ħafna jafu, Nathalie tiġi mart Mario Micallef, li wkoll rajnieh f'diversi produzzjonijiet lokali, fosthom sensiliet li Nathalie wkoll kienet fihom.

Awguri mill-qalb Nathalie! Nixtiqulek ħafna affarijiet sbieħ illum u dejjem!

Ritratti:

Facebook/ CASA Ċelestina

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI