Min isegwi Bridgerton jaf kemm il-karattru ta’ Eloise dejjem kellu ħafna xi jgħid dwar l-imħabba, iż-żwieġ u l-aspettattivi tas-soċjetà. Iżda jidher li proprju hi se tkun waħda mill-karattri li jmiss biex tiskopri l-imħabba b’mod li qatt ma tkun stenniet.
Eloise Bridgerton, interpretata minn Claudia Jessie, mistennija tkun fiċ-ċentru tas-sitt staġun ta’ dan is-serje popolari.Ix-showrunner Jess Brownell kienet diġà żvelat li Eloise u Francesca se jmexxu l-ħames u s-sitt staġun, iżda ma kinitx indikat f’liema ordni. Hekk kif Francesca u Michaela se jkunu fiċ-ċentru tal-ħames staġun, dan ipoġġi lil Eloise bħala l-protagonista mistennija tas-sitt wieħed.
L-istorja tagħha mistennija tkun ispirata mill-ktieb ta’ Julia Quinn, To Sir Phillip, With Love. Skont il-ktieb, Eloise tidher tibda ssir taf lil Sir Phillip Crane permezz ta’ ittri, qabel ma eventwalment tiltaqa’ miegħu wiċċ imb wiċċ.U għal Eloise, li dejjem kienet pjuttost xettika dwar ir-rumanz, l-idea hi li l-imħabba tasal proprju meta ma tkunx qed tfittixha.Chris Fulton diġà interpreta lil Sir Phillip fis-serje, iżda s’issa għadu mhux ikkonfermat jekk hux se jirritorna għal dan l-istaġun.
Minkejja kolloxjingħad li għalissa għad m’hemmx data uffiċjali għall-ħruġ tas-sitt staġun ta’ Bridgerton.
Facebook/ Netflix Updates