Singapore qed jaffaċċja problema li qed tikber minn sena għall-oħra hekk kif qed jitwieldu dejjem inqas tfal.
Biex jipprova jbiddel din is-sitwazzjoni, il-pajjiż qed joffri diversi għajnuniet lill-ġenituri li flimkien jistgħu jilħqu madwar $55,000 għal kull wild sakemm jagħlaq is-17-il sena.
Singapore għandu popolazzjoni ta’ ftit aktar minn sitt miljun persuna, iżda r-rata tal-fertilità niżlet għal madwar 0.8 wild għal kull mara. Biex popolazzjoni tibqa’ stabbli fuq medda twila ta’ żmien, din ir-rata normalment trid tkun qrib it-2.1. Ma’ dan hemm realtà oħra: il-popolazzjoni qed tixjieħ. Aktar minn 21% tan-nies f’Singapore għandhom 65 sena jew aktar.
Għalhekk, permezz ta’ aktar għajnuna finanzjarja, Singapore qed jipprova jagħmilha ftit aktar faċli għall-koppji li jixtiequ jsiru ġenituri u jtaffi ftit mill-ispejjeż li ġġib magħha t-trobbija tat-tfal.
Facebook/ Pexels