Tħabbret Il-Mewt Tal-Kantanta Leġġendarja Tal-Mużika Country, Dolly Parton, Fl-Età Ta’ 80 Sena.

Tħabbret il-mewt tal-ikona tal-mużika country, Dolly Parton fl-età ta’ 80 sena. L-aħbar ġiet ikkonfermata llum, 25 ta’ Awwissu, li b'sogħba kibira kienet xokkanti għal bosta ammiraturi tagħha madwar id-dinja kollha.

Parton, li twieldet f’Tennessee fl-1946, kellha karriera straordinarja mifruxa fuq diversi deċennji u saret waħda mill-aktar kantanti u kittieba tal-kanzunetti magħrufa fid-dinja. Fost l-aktar kanzunetti popolari tagħha nsibu Jolene, 9 to 5 u I Will Always Love You. Matul il-karriera tagħha rebħet ħdax-il Grammy Award u ddaħħlet fir-Rock and Roll Hall of Fame.

Lil hinn mill-mużika, Dolly kienet magħrufa wkoll għall-ħidma filantropika tagħha, fosthom permezz tal-programm Imagination Library, li għen biex miljuni ta’ kotba jaslu għand tfal madwar id-dinja.

Il-mewt tagħha se tħalli vojt kbir fid-dinja tal-mużika, iżda l-kanzunetti, il-personalità u l-wirt tagħha żgur li se jibqgħu ħajjin fil-memorja ta' kull min kien isegwiha.

Strieħ fis-sliem, Dolly

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI