Omm Maltija, Michelle Mangion, kitbet messaġġ ta’ ringrazzjament wara ġest mill-isbaħ li l-parrukkier Jay (magħruf għar-rebħa tal-ewwel edizzjoni f’ Big Brother Malta) għamel ma’ binha.
Michelle spjegat li Jay Vella mar apposta l-isptar sabiex jaqta’ xagħar binha li bħalissa jinsab għaddej minn żmien mhux daqshekk faċli.Għaliha, dan ma fissirx biss servizz tax-xagħar. Il-ġest ta’ Jay irnexxielu jġib ftit ferħ u tbissima fuq wiċċ binha f’dan il-mument.
“It may seem like a small gesture to some, but it meant so much to us,” kitbet Michelle, filwaqt li faħħret kemm il-professjonalità tiegħu kif ukoll il-qalb tajba u r-rispett li wera lejn binha.
Ġesti bħal dawn ifakkruna kif kull daqqa t’id żgħira kemm tkun żgħira tista’ tagħmel differenza kbira fil-ġurnata ta’ dak li jkun.
Facebook/ Michelle Mangion fuq il-paġna ‘Are you being served’