Il-preżentatriċi Maria La Barokka Muscat appellat fuq il-midja soċjali xi ħaġa li ħafna sidien ta' annimali domestiċi jixtiequ - servizz 24/7 għall-annimali domestiċi f'każ ta' emerġenza li tinqala'.
Maria tikteb, "Għal ħafna minna li għandna tfal sufin bħal dawn il-kuċċli, imporanti li llum qabel għada jkollna servizzi veterinarji 24/7 qabel ma jintilfu iktar ħajjiet. L-annimali fid-djar tagħna mhumiex biss pets imma familja."
Tkompli tikteb, "F'emerġenza dawk li jrabbu l-annimali domestiċi jkollhom bżonn iserrħu rashom li hemm servizz. Riċentament, ħafna semmew dan, inkluż sidien li tilfu lill-annimali domestiċi tagħhom, għax kien tard wisq."
Żgur li ħafna jaqblu perfettament ma' dan.
Facebook/ Maria La Barokka Muscat