F’dan l-istaġun il-paġna Health Promotion and Disease Prevention Directorate tippubblika diversi avviżi u twissijiet importanti għalina biex inżommu siguri f’temp sħun. L-aktar dan japplika fi ġranet meta jkollna mewġa ta’ sħana.
Id-Direttorat jappella lill-pubbliku biex jieħu ħsieb dawk vulnerabbli. “Jekk għandkom qraba anzjani, speċjalment persuni li jbatu bid-dimenzja, kunu żguri li qegħdin jixorbu biżżejjed ilma b’mod regolari biex ma jbatux mid-deidratazzjoni.”
Xerrdu dan l-avviż importanti.