“Ħsibt Fik” – Din Hija L-Kanzunetta Uffiċjali Ta’ Rigal Bi Mħabba 2026!

Hekk kif qed joqrob Rigal bi Mħabba 2026, l-inizjattiva ta’ Dr Lydia Abela, La Voix Studios qasmu dettalji dwar il-kanzunetta uffiċjali ta’ din is-sena, li ġġib l-isem “Ħsibt Fik”.

Skont il-paġna ta’ La Voix Studios, il-kanzunetta ġiet fdata f’idejn Emil Calleja Bayliss u Gillian Attard, flimkien ma’ Maria Luana, Franklin Calleja, Maria Curmi u Dawn Desira. Il-produzzjoni min-naħa l-oħta tinsab f’idejn Cyprian Cassar.

“Ħsibt Fik” hija kanzunetta li fiha tispikka l-innoċenza tat-tfal, b’ilħna li jingħaqdu f’armonija. Fil-proġett jieħdu sehem ukoll il-kor tat-tfal ta’ La Voix Studios, taħt it-tmexxija ta’ Maria Luana. Fost il-kantanti li qed jagħtu sehemhom f’din il-kanzunetta nsibu lil Beppe, Mireille, Zeah, Keyana, Chloe u Krista, taħt it-tmexxija ta’ Franklin Calleja.

La Voix Studios qed jaqsmu wkoll ritratti u tagħrif dwar il-kantanti u l-protagonisti li hemm wara dan il-proġett. 

Ritratt:

Facebook/ La Voix Studios

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI