Imut L-Attur Julian McMahon, Magħruf Għall-Films Ta’ Fantastic Four

L-attur Awstraljan Julian McMahon, famuż għal rwoli f’serje popolari bħal Nip/Tuck u Charmed kif ukoll il-films tal-Fantastic Four, miet fl-età ta’ 56 sena.

Martu qalet li l-attur miet fi Clearwater, Florida, nhar l-Erbgħa. Huwa kien ġie djanjostikat bil-kanċer.

“Julian kien iħobb il-ħajja. Kien iħobb lill-familja tiegħu. Kien iħobb lil sħabu. Kien iħobb xogħlu, u kien iħobb lill-fans tiegħu. L-akbar xewqa tiegħu kienet li jġib il-ferħ f’kemm jista’ jkun ħajjiet,” qalet Kelly Paniagua fi stqarrija.

McMahon kien iben eks prim ministru Awstraljan u kompla biex kellu rwol ta’ prim ministru Awstraljan f’The Residence ta’ Netflix – waħda mid-dehriet reċenti tiegħu.

McMahon iżżewweġ tliet darbiet – l-ewwel darba lill-kantanta-attriċi Awstraljana Dannii Minogue, oħt il-prinċipessa tal-Pop, Kylie Minogue.







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI