In-Nies Bi Ħsiebhom Isiefru Fl-2021? Araw Daqsxejn X'Wieġbu!

Is-safar huwa wieħed mill-akbar passatempi popolari li għandna Malta. Hawn min ma jiflaħx jibqa’ Malta aktar minn xahrejn! F’sekonda tarah jippjana xi safra biex jieħu vaganza tajba.

Bħalissa s-safar tista’ tgħid huwa meqjus wieħed mill-aktar affarijiet perikolużi li tista’ tagħmel minħabba l-pandemija. Iżda meta fuq is-sit Lovin Malta l-pubbliku ġie mistoqsi jekk hux bi ħsiebu jsiefer s-sena d-dieħla fl-2021, ir-risposti varjaw mhux ħażin!

Fil-fatt ħafna kienu li qalu li diment li jkun sigur iva malli tiġihom l-okkażjoni, jibbukjaw biljett għall-barra. Oħrajn qalu saħansitra li diġà qegħdin mejtin biex jerġħu isiefru u fil-fatt siefru kemm-il darba waqt il-pandemija.

Imbagħad issib ovvjament dak in-numru li apparti li ma jħobbx is-safar, jibża’ jsiefer waqt li l-Covid-19 għadha madwarna.

Int ma’ min taqbel?







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI