Ilbieraħ, Big Brother ħabbar li r-residenti kollha jistgħu jkunu nominati fi tmiem il-ġimgħa. In-nies fadallhom madwar 12-il siegħa biex jivvutaw liem residenti jixtiequ jibagħtu għall-votazzjoni nhar il-Ħadd li ġej.
Huma jiktbu, “Din il-ġimgħa, inti għandek il-poter! Ir-residenti xorta se jagħmlu n-nominazzjonijiet tagħhom, imma issa int se tkun parti mill-proċess tad-deċiżjoni. Għall-ewwel darba, inti tista’ tagħżel liema resident jitla’ għall-votazzjoni u jiffaċċja l-eliminazzjoni nhar il-Ħadd.”
Fil-post li xeħet ilbieraħ, Big Brother Malta jżid, “Agħfas hawn biex tivvota: http://bit.ly/BBPublicVote. Għandek 24 siegħa biex tivvota… u ftakar, ħadd mhu sigur. Agħżel bil-għaqal.”
Tgħid il-persuna li se jkun nominat mill-pubbliku se jispiċċa jkun il-persuna li jinqala’ l-Ħadd li ġej?
Facebook / Big Brother Malta