Bil-miżura l-ġdida, r-ristoranti issa se jkollhom jagħlqu minn għada 5 ta’ Marzu 2021 sal-11 ta’ April 2021. Il-kok rinomat Sean Gravina, li huwa wkoll ir-raġel tal-kantanta Ira Losco, kellu x’jesprimi dwar din il-miżura.

“Nixtieq nesprimi d-diżappunt tiegħi dwar kif ġie infurzat l-għeluq tar-ristoranti,” beda hu. “Nofs jekk mhux tliet kwarti tar-ristoranti ma jistgħux joffru take away jew deliveries kawża tal-istil ta’ ikel li joffru. In-numri għoljin mhumiex minħabba r-ristoranti u l-bars u pajjiżi oħra juru evidenza ta’ dan, għax bit-tnejn magħluqin in-numri xorta baqgħu jogħlew.”

Sean kompla jgħid: “Qalbi toħroġ għal dawk ir-ristoranti li kienu qed jaraw id-dawl fit-tarf tal-mina! Għandna ostaklu ieħor quddiemna, kawża ta’ nies irresponsabbli li marru vaganza fi gruppi kbar, kawża ta’ nies li marru barra l-bubble tagħhom il-ġimgħa wara l-karnival, kawża ta’ nies li ddeċidew li jagħmlu party, kawża ta’ nies li jiltaqgħu fil-farmhouses.”
“Lill-awtoritajiet: Jekk jogħġobkom infurzaw u żommu lin-nies responsabbli għall-azzjonijiet illegali tagħhom. Għax l-industrija tal-catering teħtieġ dan ukoll.”
Taqbel ma’ din l-opinjoni? Iktbilna fil-kummenti.
Facebook/Sean Gravina