Love Island Malta, jaqsmu din l-aħbar mal-udjenza tagħhom, fejn inkissret ir-rekord dwar kemm isegwuhom nies. Dan laħaq in-numru straordinarju ta’ 960, 000 persuna.
“In-numri waslulna ! Love Island Malta uffiċjalment jikser ir-rekords b’aktar minn 960,000 telespettatur li segwew matul l-ewwel ġimgħa biss fuq TVM, TVMi u GO Tokis.
Id-drama qed tagħqad, l-istejjer ta’ mħabba għadhom kif bdew ifaqqsu – u emmnuna, din il-ġimgħa, il-villa (jew aħjar villas 🤫) se tkun qed tiżbroffa’. Ibqgħu segwuna!”
Żgur li dan ir-riżultat juri li l-programm huwa wieħed mill-aktar segwiti f’Malta.
L-interess kbir mill-pubbliku juri kemm in-nies jinsabu investiti fl-emozzjonijiet u r-relazzjonijiet li qed jinbnew fil-villa. Dan huwa indikazzjoni li l-istaġun se jkompli jikseb suċċess rekord ieħor fil-ġimgħat li ġejjin.