Il-kantanta li tant serqet qlub waqt X Factor Malta Chantal, xtaqet tiddedika kelmtejn speċjali lill-persuna għażiża fil-jum speċjali tiegħu!
“Awguri kbira lit-tifel tiegħi Antoine! Inħobbok ħafna. Nittama li jogħġbok ir-rigal.” Chantal xtaqet lil binha l-isbaħ ġurnata f’din l-okkażjoni u ħadet ħsieb qassmet ritratt prezzjużi ta’ binha Antoine ma’ diversi membri tal-familja. Chantal minn dejjem uriet kemm tfisser għaliha l-familja spoeċjalment binha – waqt l-intervista tagħha fuq X Factor Malta, tgħid li “ifisser id-dinja kollha għalija, flimkien mat-tifla”.
Minn qalbna nawgurawlu l-isbaħ xewqat!