Belle, li fuq Instagram għandha l-isem @belle_zam, illum kitbet messaġġ mill-qalb biex tawgura lill-maħbub tagħha f’għeluq sninu.
Hi kitbitlu, “Awguri fir-34 sena tiegħek, nixtieqlek ħafna ferħ f’għeluq sninek. Grazzi talli tajtni bint tant sabiħa, ma nistax nimmaġina ħajti mingħajrek. Inti persuna, ħabib, partner, iben, u missier mill-aqwa. Ibqa’ min int u dejjem iġġieled għad-drittijiet tiegħek. Inħobbok ħafna, tinsa qatt.”
Messaġġ tassew sabiħ li jiddeskrivi l-imħabba ġenwina ta’ bejniethom. Hi ppubblikat ukoll filmat gustuż tagħhom bħala familja.
Nisperaw li kellu ġurnata mill-isbaħ! Aħna mit-tim ta’ Gwida.mt nawgurawlu l-isbaħ xewqat f’għeluq sninu u nisperaw li jirċievi dak kollu li tixtieq qalbu!
View this post on Instagram
Instagram / @belle_zam