Wara li ftit ġimgħat ilu l-kantanta Kylie Coleiro kienet qed tawgura lil ħuha Klinsmann f’għeluq sninu, illum imiss li tikteb erba’ kelmiet għal dik li taċċettaha kif inhi, ma tiġġudikaha qatt u tqisha bħala ħabiba kbira tagħha… ommha l-għażiża!
“Omm li taf tħobb il-kulħadd u tgħamel minn kollox biex tara l ħaddieħor ferħan. Ma niddejjaqx li jgħiduli li nixbħek mħux biss mil-wiċċ biss imma sew fil-karattru spaċjalment fil praspar spontanji u fil-pudini !! Int omm u ħabiba speċjali tiegħi!”
Kylie tapprezza l-fatt li ommha hi persuna li qatt ma ġġudikatha għal dak kollu li hi bħala persuna u dejjem urietha mħabba mingħajr kundizzjonijiet. Issemmi wkoll il-mumenti li jkollhom kull omm u bint fejn forsi jkun hemm bżonn xi ftit iktar paċenzja!
“ J’Alla l Mulej ittini l opportunita’ li ngawdik għal ħafna u ħafna żmien fejn ngħamlu aktar frejjeġ u esperjenzi flimkien !! INĦOBBOK u taf avvolja tghajjini kemm tkun trid li ngħamlu affarijiet”.
Aħna ninagħqdu ma’ Kylie u nawguraw lill-ommha l-isbaħ xewqat f’dan il-jum speċjali!