Kersten Graham illum qed jiċċelebra għeluq it-33 sena tiegħu, u f’din l-okkażjoni speċjali rċieva messaġġ mimli mħabba mingħand ommu, Jackie Graham, li qasmet kliem mill-aktar emozzjonanti fuq il-midja soċjali. Hi fakkret kemm binha ġabilha mħabba, kburija u ferħ sa mill-ewwel jum ta’ ħajtu.
Hija qalet li tinsab kburija immens bil-bniedem li sar Kersten u bil-vjaġġ li għamel fil-qasam tal-mużika. Saħqet li kull darba li tarah idoqq il-kitarri tiegħu u jxerred il-ferħ permezz tal-mużika, qalbha timtela bil-kburija. Jackie ħeġġitu biex jibqa’ jimxi wara l-passjoni tiegħu u qatt ma jieqaf jaqsam it-talent tiegħu mal-oħrajn.
Għalkemm bħalissa tinsab barra minn Malta u ma setgħetx tkun miegħu f’dan il-jum, qalet li qalbha tinsab miegħu u awguratlu sena mimlija hena, daħk, saħħa tajba u kull ġid. "Inħobbok aktar milli l-kliem jista’ jesprimi. Awguri ta’ għeluq sninek, Kersten. Inħobbok dejjem u għal dejjem," temmet tgħid ommu, filwaqt li wegħditu li jiċċelebraw flimkien malli terġa’ lura Malta.
Facebook / Kersten Graham