Il-kantanta lokali Priscilla Giordano Psaila Kaya wasslet messaġġ lil missierha f’okkażjoni speċjali, hekk kif permezz ta’ kitba fuq il-midja soċjali awguratlu f’għeluq sninu.
“Inħobbok, Pa,” kitbet Priscilla. Qasmet ukoll ritratt mill-isbaħ li b'messaġġ tifraħlu f’dan il-jum speċjali, b’awgurju li juri r-rabta sabiħa li hemm bejniethom.
Missier Priscilla qed jiċċelebra l-71 sena tiegħu. Priscilla tfaħħar il-kuraġġ, il-qalb tajba u l-imħabba li jagħti lil dawk ta’ madwaru.
Il-kliem ifakkar fl-importanza tal-familja u fil-valur li wieħed japprezza lill-għeżież tiegħu, mhux biss f’okkażjonijiet speċjali iżda matul is-sena kollha.
Il-post ta’ Priscilla ġibdet ukoll diversi kummenti ta’ awgurju minn persuni li ngħaqdu magħha biex jawguraw lil missierha l-isbaħ xewqat f’dan il-jum tant speċjali.
Awguri f'isem it-tim ta' Gwida.mt!
Facebook/ Priscilla Giordano Psaila Kaya