Jiċċelebra Għeluq Sninu L-Preżentatur u Kompożitur Andrew Zahra – Awguri!

Andrew Zahra

Illum jiċċelebra għeluq sninu l-preżentatur u kompożitur Andrew Zahra. Andrew jiġi ħu Julie Zahra, li rrapreżentat lil Malta fil-Eurovision Song Contest fl-2004.

Barra li hu kompożitur bravu, lil Andrew ħafna jafuh bħala preżentatur fuq it-televiżjoni. Magħruf għall-programm tiegħu X'Laqatni li kien jixxandar fuq F Living, u għamel żmien jippreżenta fuq ONE. Żgur li ħafna jiftakru l-karattru tan-Nannu Spagu li kien popolari ferm mat-tfal u anke l-adulti.

Andrew preżenta anke fuq ir-radju u ħafna drabi kien iwassal programmi ta' mużika Maltija u anke dawk relatati max-xena tal-musicals.

Wieħed mill-akbar suċċessi ta' Andrew bħala kompożitur hu żgur ir-rebħ tal-Festival Internazzjonali Tal-Kanzunetta Maltija, fejn kien ikkompona l-kanzunetta rebbieħa tal-2001 Fomm Il-Vjolin fuq kliem ta' Deo Grech u interpretazzjoni ta' Georgina Abela. 

Aħna f'isem Gwida.mt nawguraw lil Andrew l-isbaħ xewqat f'dan il-jum speċjali, nawgurawlu sena mimlija b'suċċessi u dak kollu li tixieq qalbu. Awguri!

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI