Josie Vella kiteb messaġġ lil martu Mariska, li llum tiċċelebra għeluq sninha.
“Awguri f’għeluq żmienek lill-mara speċjali li ġarritli t-tifel għal disa’ xhur fil-ġuf u li, sfortunatament, gawdejnieh biss għal żmien qasir ta’ 15-il sena. Int il-mara li dejjem kont hemm fil-maltemp tal-ħajja u qatt ma qtajt qalbek.”
Josie jammira karattru sod u tal-qalb kbira ta’ Mariska u jfakkarha kemm hi omm mill-aqwa. Omm ta’ anġlu li qed iħarishom ħin kollu.
Qasam anke messaġġ emozzjonali, daqslikieku qed jibagħtulha binhom Jake.
“Awguri Ma sakemm nerġgħu niltaqgħu nkompli nkantalek mill-Ġenna. Dejjem tiegħek l-għażiż ibnek” – Dan kien messaġġ li kiteb Josie f’isem il-mibki binhom Jake.
Awguri mill-qalb lil Mariska! Nixtiqulek ħafna affarijiet sbieħ illum u dejjem.