Pjattaformi bħal Temu u Shein qed jesprimu tħassib hekk kif il-bejgħ tagħhom fl-Ewropa jidher li naqas sostanzjalment minn meta daħlet fis-seħħ il-miżata tant kontroversjali ta' €3.
Fost oħrajn, statistika li saret fl-Olanda sabet li nofs il-poplu qiegħed jordna inqas regolarment minn dawn il-pjattaformi, fl-isfond ta' din il-miżata.
Matul dawn l-aħħar snin, dawn il-pjattaformi u bosta oħrajn kisbu popolarità kbira fost l-Ewropej minħabba l-prezzijiet relattivament baxxi tagħhom. Anke f'pajjiżna dawn il-pjattaformi saru notorji tant li din il-miżata qanqlet kontroversja liema bħalha meta ġiet imħabbra xi xhur ilu.
Sors: NL Times
Pexels