Il-Kuntistabbli Johann Vella Jinħareġ Mill-Isptar Mater Dei U Issa Qed Jirkupra D-Dar

Għadu kif tħabbar li l-Kuntistabbli Johann Vella ħareġ mill-Isptar Mater Dei u issa qiegħed jirkupra d-dar. Il-Kuntistabbli kien wieħed mill-uffiċjali tal-pulizija li sfaw milquta waqt sparatura li seħħet ftit ġimgħat ilu f'San Ġiljan. Malli ħarġet l-aħbar, eluf ta' Maltin ingħaqdu sabiex juru solidarjetà miegħu u jixtiequlu fejqan ta' malajr.

Fuq il-midja soċjali, l-Kuntistabbli fisser il-gratitudni tiegħu lejn it-tobba u l-infermiera li ħadu ħsieb fl-Isptar Materi Dei, lejn il-familja tiegħu li kienet maġenbu f'dan l-episodju tant ikrah ta' ħajtu, u fuq kollox, lil kull min wera solidarjetà miegħu b'xi mod jew ieħor.

"Issa se nibda fażi ġdida fil-proċess ta' fejqan tiegħi, imma m'inix se naqta' qalbi," saħaq il-Kuntistabbli Johann Vella.

Ritratti:

Facebook / Vel Joh

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI