Charles Spencer, ħu l-Prinċipessa Diana, se jkun qiegħed jippublika ktieb ix-xahar id-dieħel fejn fih se jiżvela l-verità dwar oħtu li matul ħajjitha rnexxielha tikseb l-imħabba u l-ammirazzjoni ta' biljuni minn madwar id-dinja bis-sempliċità u l-altruwiżmu tagħha.
Spencer saħaq li hu jixtieq li permezz ta' dan il-ktieb jitkellem dwar il-ħajja t'oħtu mill-perspettiva tiegħu u b'hekk jixħet dawl b'mod partikolari fuq "il-karattru dinamiku, mimli mħabba u kariżmatiku tagħha".
Fisser kif minkejja li oħtu ħalliet din id-dinja t'età pjuttost żgħira, hi rnexxielha tħalli impatt kbir matul ħajjitha, u iktar importanti minn hekk, "ħalliet lid-dinja post aħjar".
Ħu l-Prinċipessa Diana esprima d-diżappunt tiegħu li matul is-snin ġew aċċettati bħala fatti ċerti rimarki li mhumiex veritieri. Hu sostna li permezz ta' dan il-ktieb qed jaspira li jesponi l-verità fl-isfond ta' dawn il-gideb kollha.
Il-Prinċipessa Diana kienet ħalliet din id-dinja fl-għodwa tal-31 t'Awwissu tal-1997 fl-età ta' 36 sena, erba' sigħat wara li hi kienet involuta f'inċident traġiku f'Pariġi.
Sors: People
Facebook / People