Il-familja, ħbieb, kollegi u impjegati ta’ Frank Schembri għażlu li jfakkru l-memorja tiegħu b’ġest sabiħ ta' donazzjoni li jista' jkun t'għajnuna għal ħaddieħor.
Is-somma sabiħa ta’ €7,240 inġabret b’risq Puttinu Cares b’tifkira ta’ Frank Schembri, iċ-Chairman ta’ F Schembri Group, li ħalliena fil-5 ta’ Awwissu li għadda.
Kienu l-kollegi, l-impjegati, il-familja u l-ħbieb tiegħu li ġabru din is-somma. Minflok fjuri, dawk l-aktar qrib tiegħu għażlu li jonoraw il-memorja tiegħu permezz ta’ din id-donazzjoni ġeneruża lil Puttinu Cares.
Puttinu Cares esprimew il-gratitudni tagħhom għal dan il-ġest nobbli u wasslu l-kondoljanzi tagħhom lill-familja u l-għeżież ta’ Frank, kif ukoll lill-kollegi tiegħu u lil dawk kollha fi ħdan F Schembri Group.
Facebook/ Puttinu Cares