“Insellem Il-Memorja Taz-Zija Grace Mara Kwieta U Qalba Ħelwa.” – Il-Preżentatur Alfred Zammit

Il-preżentatur maħbub Alfred Zammit qasam mument ta’ niket mas-segwaċi tiegħu fuq il-mezzi soċjali, hekk kif ħabbar il-mewt ta’ zitu l-għażiża. Bosta kienu dawk li esprimew is-sogħba u s-solidarjetà tagħhom miegħu u mal-familja tiegħu, f’aħbar li messet lil ħafna li ilhom isegwu u japprezzaw lil Alfred matul is-snin.



Hu kiteb, “Insellem il-,emorja taz-zija Grace. Mara kwieta u qalba ħelwa. L-aħħar li mort inżura kienet hi li ferħet lilna lkoll u tlaqna minn hemm bi tbissima. Strieħ fis-sliem u kondoljanzi lill-familja kollha.” F’isem Gwida, nagħtu l-kondoljanzi sinċieri tagħna lill-familja kollha f’dan il-mument diffiċli. Nitolbu li jsibu l-faraġ fil-memorji sbieħ li ħalliet warajha. Strieħ fis-sliem.





Ritratti:

Facebook / Alfred Zammit

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI