Il-paġna uffiċjali tal-programm televiżiv Niskata, qasmet messaġġ mingħand il-preżentatur Brian Grech, fejn jesprimi kemm hu għal qalbu dan il-programm u kemm hu grat lejn ir-rispons kontinwu tan-nies.
"Kemm inkun qed nistenna dak il-ħin ta’ filgħodu, fid-09:35, meta npoġġu għal kafé flimkien! Grazzi mill-qalb talli kuljum tilqgħuna fi djarkom u taqsmu magħna dawn il-mumenti sbieħ."
Xerrdu anke żewġ ritratti meħudin mill-programm li xxandar. Bosta telespettaturi u segwaċi leali jikkummentaw u jikkumplimentaw lil Brian għal dak li qed iwassal kull filgħodu. Prosit tassew!